Tuesday, April 30, 2024

Żjara b’suċċess grazzi għall-ħidma professjonali tal-uffiċjali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iż-żjara tal-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku waslet fi tmiemha lbieraħ filgħaxija, iżda fost ħafna preparamenti oħra kien hemm sigħat twal ta’ kordinament minn diversi uffiċjali tal-forzi tal-ordni.

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ta’ Malta ntqal li din iż-żjara se tibqa’ mfakkra anke grazzi għall-ħidma u d-dedikazzjoni murija mill-uffiċjali kollha involuti fil-protezzjoni u s-sigurtà tal-Kap tal-Knisja Kattolika.

Diversi sezzjonijiet tal-Pulizija kienu involuti f’din il-ħidma, iżda dawn setgħu jagħmlu xogħolhom biss bis-sapport u l-koperazzjoni tal-pubbliku inġenerali.

Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri wkoll irringrazzja lill-ħaddiema kollha fl-oqsma tas-sigurtà u l-korpi dixxiplinati li ħadmu bi professjonalità kbira.

Sport