Monday, May 13, 2024

Zlatan Ibrahimovic b’botta fina lejn il-partitarji ta’ Inter

Aqra wkoll

L-attakkant veteran ta’ AC Milan Zlatan Ibrahimovic tkellem mal-istazzjon tat-televiżjoni uffiċjali tal-klabb u d-diskors waqa’ fuq id-derby ta’ Milan kontra Inter.

Il-plejer veteran mill-Iżvezja qal li peress li xi darba kien jilgħab ma’ Inter, il-partitarji Nerazzurri ma jieqfux mit-tisfir tagħhom.

Ibrahimovic jgħid li aktar ma jsaffrulu, aktar iħossu ffukat u lest li joħroġ il-grinta kollha kontra l-eks tim tiegħu.

Meta mistoqsi dwar meta se jirritorna fil-grawnd, Ibrahimovic qal li l-aħħar dettalji li ħarġu t-tobba tal-klabb qed jgħidu li għall-bidu tas-sena d-dieħla jaf jerġa’ jirritorna fil-formazzjoni ta’ Stefano Pioli. 

Sport