Monday, August 3, 2026
Home Sport Zlatan Ibrahimovic qed jibża’ jirtira mill-football

Zlatan Ibrahimovic qed jibża’ jirtira mill-football

0
430

F’intervista li ta ma’ stazzjon sportiv Taljan, l-attakkant veteran Svediż, Zlatan Ibrahimovic, saħaq li qed jibża’ jirtira mil-logħba sabiħa tal-football. Hu qal li minkejja li f’dawn l-aħħar snin, l-injuries qed jitfaċċaw aktar ta’ spiss, iħoss li Milan saret daru u ma jimmaġinahx ma jġeddidx magħhom.

Ibrahimovic jaqla’ €1.5 miljun kull staġun u għalhekk m’għandux ikun piż finanzjarju għall-klabb.

Fil-jiem li ġejjin hu se jiltaqa’ mad-diriġenti Rossoneri sabiex jitkellmu fuq it-triq ‘il quddiem.