Żurrieq Wolves kisbu rebħa kbira fil-Hockey Challenge Cup meta għelbu lil White Hart bl-iskor ta’ 13-1.
Kienet wirja kbira minn Żurrieq, li kkontrollaw il-konfront u sabu x-xibka b’mod regolari. Christ Agius spikka b’erba’ gowls, filwaqt li Alessandro Amore skorja darbtejn. Il-gowls l-oħra ta’ Żurrieq waslu minn Charlo Sammut, Luca Runza, Jayden Cutajar, Stefano Schembri, Nicolai Runza, Kyron Carabott u Kaya Borg.
L-uniku gowl ta’ White Hart ġie skorjat minn David Agius.
F’konfront ieħor fi tmiem din il-ġimgħa mill-kompetizzjoni Hockey 7s, Qormi Hockey Club kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Rabat, bil-gowls jaslu minn Ayrton Carlos u Giorgio Muscat.
Sadanittant il-kompetizzjonijiet tal-hockey jkomplu fi tmiem il-ġimgħa li ġej b’dan il-programm:
Is-Sibt 7 ta’ Novembru
Under 18
3.00 pm – Marsaskala vs Qormi
Challenge Cup
5.00pm – Floriana Young Stars vs White Hart
Il-Ħadd 8 ta’ Novembru – Hockey 7s
10.00am – Qormi vs Floriana Young Stars




