Friday, May 1, 2026

100 sena ilu kien ġie ċċelebrat Jum Il-Ħaddiema għall-ewwel darba

Aqra wkoll

Kien 100 sena ilu meta f’pajjiżna kien ġie ċċelebrat Jum il-Ħaddiema għall-ewwel darba. Dakinhar iċ-ċelebrazzjoni kienet saret fl-Isla.

Dak iż-żmien, f’Malta kien hawn ħafna faqar u ħafna nies ma kienx ikollhom x’jieklu. Kien hawn mard u ħafna nuqqas ta’ xogħol. Dak kollu kien iseħħ taħt il-ħakma Ingliża li kull ma riedet minn pajjiżna kien bażi militari u kkumerċjali minħabba li Malta tinsab eżatt f’nofs il-Mediterran.

Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar inħasser il-ħtieġa li l-ħaddiema jingħaqdu flimkien.

Fuq inizjattiva ta’ John. F. Marks, fl-1026 kien ġie organizzat l-Ewwel Jum il-Ħaddiem f’pajjiżna fejn kienet saret ċelebrazzjoni fl-Isla. Dakinhar l-attendenza ma tantx kienet tajba, iżda xorta waħda kien pass kbir ‘il quddiem għal moviment tal-ħaddiema f’Malta.

Imbagħad fl-1957 bil-Perit Don Mintoff Prim Ministru, Jum il-Ħaddiem ġie uffiċjalment bħala festa pubblika. 

Il-Moviment tal-Ħaddiema f’Malta u aktar tard il-Partit Laburista dejjem baqa’ jfakkar dan il-jum.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport