Friday, May 1, 2026

Carm Mifsud Bonnici mhux se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni ġenerali

Aqra wkoll

Il-politiku veteren Carm Mifsud Bonnici li dejjem ikkontesta mal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li għall-elezzjoni ġenerali li jmiss mhux se jkun qiegħed jerġa’ joħroġ.

“Kull bidu għandu t-tmiem… Wara ħafna ħsieb u riflessjoni, iddeċidejt li mhux se nikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss,” qal Mifsud Bonnici fuq filmat li tella’ fuq il-midja soċjali.

B’kollox Mifsud Bonnici għamel 28 sena fil-Parlament u serva kemm fil-Gvern bħala Ministru u anke fl-Oppożizzjoni.

F’Mejju tal-2012 id-Deputat kellu jirriżenja minn Ministru tal-Intern wara mozzjoni mressqa mill-Partit Laburista fejn dakinhar Franco Debono kien ingħaqad mal-Oppożizzjoni.

Kien fl-2008 meta Mifsud Bonnici kien inħatar Ministru wara l-elezzjoni ta’ dik is-sena. Qabel hu serva bħala Segretarju Parlamentari kemm fil-Ministeru għal Ġustizzja u anke fil-Ministeru tal-Intern.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport