Tuesday, April 23, 2024

11-il mewt f’Malta fl-2020 kienu minħabba l-obeżità

Aqra wkoll

Ħadt-il persuna mietu fl-2020 minħabba l-obeżità. Dan ħareġ fi tweġiba parlamentari li ta d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għal mistoqsija tal-Onor. Carmelo Ablea.

Il-Ministru Chris Fearn qal li mis-sena 2020 sa Ottubru 2022 iddaħħlu 51 persuna, fejn d-dijanjosi prinċipali kienet l-obeżità.

Skont stħarriġ li kien sar mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa s-sena li għaddiet kien ħareġ li 75% tal-irġiel Maltin għandhom piż żejjed.

Min-naħa l-oħra kienu 60% tan-nisa Maltin li ġew irreġistrati li għandhom piż żejjed.

Jirriżulta li t-tfal Maltin ukoll għandhom problemi ta’ obeżità meta mqabblin mat-tfal oħrajn ta’ pajjiżi Ewropej. L-aktar tfal Maltin li għandhom piż żejjed f’Malta huma s-sibien bejn l-età ta’ 11-il sena u 15-il sena.

Sport