Sunday, December 22, 2024

19-il minuri s-sena l-oħra pprovaw jweġġgħu lilhom infushom

Aqra wkoll

19-il tifel u tifla, is-sena l-oħra kellhom jingħataw il-kura wara li pprovaw jweġġgħu lilhom infushom.

Dan qalu fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela meta kien mistoqsi mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Il-Ministru Abela fil-Parlament qal li n-numru ta’ persuni li għandhom 16-il sena jew inqas li attendew id-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei Hospital fl-2023 minħabba self-harm jew ħsibijiet ta’ self-harm kienu ta’ 19-il tifel u tifla.

Żewġ subien kellhom bejn 11 u 12-il sena, filwaqt li kien hemm 4 bniet u 4 subien li kellhom bejn 13 u 14-il sena li s-sena l-oħra pprovaw jweġġgħu lilhom infushom. Il-Ministru qal li kien hemm ukoll 3 subien u 6 bniet li kellhom bejn 15 u 16-il sena li kellhom jingħataw kura medika minħabba li wkoll pprovaw jweġġgħu lilhom infushom.

Il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva sostna huwa konxju minn dawn in-numri ta’ minuri li qed jipprovaw jweġġgħu lilhom infushom u għalhekk hu fil-proċess li niedi Starteġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidji, liema strateġija tindirizza ukoll din il-qagħda.

Ekonomija

Sport