Saturday, May 4, 2024

It-tewmin mis-Senegal isiru l-uniċi tewmin konġunti li qed jikbru

Aqra wkoll

Meta twieldu t-tewmin Marieme u Ndeye mis-Senegal, it-tobba ma kellhomx aħbar xejn sabiħa għal ġenituri. Dan hekk kif skoprew li huma twieldu konġunti. Dan ma qatax qalb Ibrahima, missier it-tewmin għax baqa’ jemmen fihom, tant li issa li għalqu seba’ snin, huma maħsuba li huma l-uniċi tewmin konġunti li qed jikbru fl-Ewropa.

Il-fatt li tewmin ikunu konġuniti, huma rari u fil-każ tar-Renju Unit, ikun hawn wieħed minn kull 500,000 li jirnexxielhom isalvaw. Madwar nofshom jitwieldu mejta u terz ieħor imut fi żmien 24 siegħa mit-twelid.
Għalhekk meta wieħed jara lil Marieme u Ndeye jiċċelebraw is-seba’ snin tagħhom mal-ħbieb tagħhom, mhux biss jagħti ferħ lil missierhom Ibrahima, iżda wkoll lit-tobba li ħadu ħsiebhom.

F’dokumentarju ddedikat għalihom, li jġib l-isem ta’ ‘Inseparable Sisters’, il-missier jispjega kif t-tnejn għandhom karattru differenti. Huwa qal li Maieme kwieta ħafna, filwaqt li Ndeye hija indipendenti ħafna.

Huwa żied jgħid; “Ma nippretendux li huwa vjaġġ faċli u li l-unika ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li nkunu ħdejhom u ma nħalluhomx jimxu waħedhom matul dan il-vjaġġ”

Sport