Saturday, May 4, 2024

24 raġel ikkundannati 346 sena ħabs wara li abbużaw minn tfajliet minuri

Aqra wkoll

24 raġel ġew ikkundannati 346 sena ħabs wara li nstab ħajta li abbużaw sesswalment minn 8 tfajliet minuri u anke bi traffikar tal-persuni. Dan il-każ kien ixxokkja lil West Yorkshire fir-Renju Unit.

Fil-Qorti ntqal li dawn il-każi seħħew fuq perjodu ta’ 13-il sena hu l-irġiel kienu qegħdin imexxu organizzazzjoni kriminali fosthom fejn kienu qegħdin jitraffikaw diversi nisa.

Kienu l-Pulizija ta’ West Yorkshire li wara investigazzjoni twila arrestaw lill-irġiel fejn dawn mexxew kampanja ta’ abbuż sesswali fuq tfajliet minuri.

Il-Pulizija kienu bdew l-investigazzjoni wara li fl-2015 kienu rċivew rapport li kien hemm raġel li kien qiegħed jabbuża u jitraffika t-tfal. Huma baqgħu jinvestigaw u b’kollox sabu li dan iċ-ċirku kriminali fih 24 raġel involuti.

L-ewwel arresti kienu saru f’Novembru tal-2018. L-irġiel kienu nħarġu l-akkużi kontrihom f’Diċembru tal-2020. Il-Qorti fis-sentenza tagħha faħħret lit-tfal li tkellmu ma’ persuni professjonali biex b’hekk ingħataw ġustizzja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport