Saturday, November 2, 2024

24 sena ħabs għan-Niġerjan li stupra lil martu

Aqra wkoll

Niġerjan ta’ 33 sena ġie kkundannat 24 sena ħabs wara li nstab ħati li stupra lil martu fosthom anke meta kienet tqila.

Ir-raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti beda għaddej ġuri nhar is-27 ta’ Frar u hu nstab ħati ta’ 7 kapi ta’ akkużi. Fl-istess ġuri huwa ma nstabx ħati li ġiegħel lil martu tipprostitwixxi lilha nnifisha u anke li għex minn fuq id-dħul tal-istess prositutuzzjoni. Mas-snin il-ħabs l-ImħallefConsuelo Scerri Herrera, ordnat lir-raġel iħallas multa ta’ €10,000 għall-ħsara li ġarbet.

Il-ġuri nstema’ bil-bibien magħluqa minħabba s-sensittività tal-każ.

In-niġerjan kien akkużat li għal 6 snin sħab stupra lil martu u anke wettaq dan meta kienet fid-9 xhur tqala. Il-każi seħħew bejn l-2013 u l-2020.

Kien f’Ġunju tal-2020 meta l-mara kienet marret tirrapportah mal-Pulizija wara li kienet qalgħet xebgħa kbira u ġegħelha jkollha x’taqsam miegħu quddiem uliedha.

Il-mara kienet tkellmet ma’ Spettur u qaltlu li waqt li kienet rieqda ma’ wliedha żewġha qajjimha fit-3.00am u ried ikollu x’jaqsam magħha. Skont dak li allegat għax dakinhar irrifjutat kien tefagħha mal-art u beda jagħtiha bis-seiq. Dakinahar tal-każ wieħed minn ulied il-kopja beda jitlob lil missieru biex ma jibqax isawwat lil ommu.

Il-mara kienet qalet li fl-2014 żewġha ried itemm ir-relazzjoni, iżda kien fl-istess żmien li skopriet li kienet ħarġet tqila minnu. Tgħid li t-tqala kompliet għarrqet is-sitwazzjoni ta’ bejnithom.

Lill-ispettur hija kienet kompliet tgħidlu li bdiet tevitha fis-sodda, iżda meta kellha disa’ xhur tqala ried ikollu x’jaqsam magħha ax qalilha li hu ma kienx “kelb ikkastrat”. Il-mara allegat li kien tela’ fuqha, neżżagħha u stupraha. L-istorja tagħhom kompliet tikkumplika ruħa hekk kif hija żżewġitu 3 jiem biss wara li welldet lit-tarbija bit-tama li jżomm kelmtu u hekk kif jikseb id-dokumenti jħalliha bi kwietha.

Iżda wara li żżewġu hu beda jistenna kollox mingħand martu. Qalet li kull darba li kienet tgħidlu le għas-sess kien jistupraha wara li jkun kaxkara fil-kamra tal-banju jew fil-kamra tas-sodda. Kien hemm ħafna drabi li beda jsawwatha bl-addoċċ għax ma kienx ikun irnexxielu jkollu x’jaqsam magħha.

Tallega wkoll li kien jingħata tipprostitwixxi lilha nnifsha ma’ anzjan ta’ 70 sena f’appartament f’Buġibba. Qalet li hija kienet marret hemm mingħaliha li se tnaddaf biex taqla xi ħaġa tal-flus.

Sport