Friday, December 27, 2024

27 pazjent bil-Covid-19 f’San Vinċenz de Paul

Aqra wkoll

Bħalissa fl-Isptar San Vinċenz de Paul hemm 27 pazjent li huma pożittivi għal Covid-19. Dan ħabbar il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonniċi.

Fi tweġiba tiegħu l-Ministru Abela qal li “f’San Vinċenz de Paul bħalissa hemm 27 resident bil-Covid 19. Kull pazjent li jiġi pożittiv għall-Covid, jiġi iżolat f’sala identifikata apposta f’San Vinċenz de Paul u jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.”

Ekonomija

Sport