Wednesday, July 15, 2026
0
1

XABI ALONSO – Il-manager il-ġdid ta’ Chelsea, Xabi Alonso, ġie ppreżentat fi Stamford Bridge nhar it-Tnejn u qal li jrid iżomm lill-midfielder Arġentin, Enzo Fernandez, 25 sena. Bħalissa huwa qed jipprepara għal- logħba tas-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-lum biex jiffaċċja lill-Ingilterra. Huwa miftuħ għat-tluq u dan l-aħħar kien imsemmi ma’ Real Madrid għalkemm il-club Spanjol ċaħad li pprova jċedi lil Fernandez il-ġimgħa li għaddiet, u ħallieh mingħajr destinazzjoni alternattiva magħrufa u prezz mitlub konsiderevoli ta’ £120 miljun. Alonso qal li l-attakkant Nicolas Jackson se jirritorna fl-iskwadra għal mill-inqas it-tour ta’ qabel l-istaġun fl-Awstralja u fl-Asja wara li Bayern Munich iddeċidew li ma jagħmlux is-self tiegħu permanenti.

ANDREY SANTOS, YOURI TIELEMANS u EDERSON – Manchester United issiġillaw l-akkwist ta’ £48 miljun tal-internazzjonali Brażiljan, Andrey Santos, 22 sena, mingħand Chelsea u qegħdin f’taħditiet avvanzati biex jiffirmaw lill-Belġjan ta’ Aston Villa, Youri Tielemans, 29 sena, hekk kif qed jippruvaw iġeddu nofs il-ground tagħhom. Ġie kkonfermat ukoll li l-pjan tal-United li jiffirmaw lill-attakkant Brażiljan, Ederson, 27 sena, mingħand Atalanta għal £35 miljun għalissa huwa abban­dunat wara li eżami mediku enfasizza kwistjoni relatata ma’ injury.

PERVIS ESTUPINAN – Id-difensur xellugi ta’ Milan u l-Ekwador, Pervis Estupinan, 28 sena, li għadu kif ħa  sehem fit-Tazza tad-Dinja, huwa wieħed mill-miri li qed jiġu evalwati minn Aston Villa.

FERRAN TORRES – Barcelona huma miftuħa għall- bejgħ tal-midfielder Spanjol, Ferran Torres, 26 sena, biex jevitaw li jkollhom iħallsu lill-eks club tiegħu Manchester City, madwar £7 miljun jekk jestendu l- kuntratt tiegħu.

BRUNO GUIMARAES – Il-midfielder Brażiljan, Bruno Guimaraes, 28 sena, mhux meqjus li huwa għall-bejgħ minn Newcastle United, minkejja xnigħat li Arsenal jaħsbu li jistgħu jiksbuh għal £50 miljun.

TREVOH CHALOBAH – Inter ċedew milli jiffirmaw lid-difensur tal-Ingilterra, Trevoh Chalobah, 27 sena, peress li ma jaffordjawx il-prezz mitlub minn Chelsea ta’ £30 miljun, iżda Como għadhom interessati fih.

PEP CHAVARRIA – Chelsea huma lesti li jagħmlu offerta li tista’ tilħaq il-£21 miljun għad-difensur xellugi Spanjol ta’ Rayo Vallecano, Pep Chavarria, 28 sena.

MANU KONE – Roma kellhom offerta ta’ €40 miljun miċħuda minn Atletico Madrid għal Manu Kone, 25 sena. Manchester United u Liverpool huma wkoll inte­ressati fid-difensur Franċiż.

THOMAS SCHJELDERUP – Il-wirjiet tal-winger Tho­mas Schjelderup, 22 sena, għan-Norveġja fit-Tazza tad-Dinja żiedu l-prezz mitlub minn Benfica għal £43 miljun. Chelsea, Liverpool u Tottenham huma interessati fil-player li skorja l-goal kontra l-Ingilterra fil-kwarti-finali.

WILL LANKSHEAR – Sporting, Wolves u Southampton kollha kellhom approċċi miċħuda għall-attakkant ta’ Tottenham, Will Lankshear, 21 sena. Huwa rrap­preżenta lill-Ingilterra fil-livell taż-żgħażagħ u qatta’ l-istaġun li għadda b’self ma’ Oxford United.

ROONY BARDGTHJI – Aston Villa, Leeds United, Sunderland, Fulham u Brighton huma kollha interessati fil-winger Svediż ta’ Barcelona, Roony Bardghji, 20 sena.

JUSTIN NIJNMAH – Hull City u Southampton huma interessati fl-attakkant Ġermaniż ta’ Werder Bremen, Justin Nijnmah, 25 sena.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here