Tallaght Stadium – Dublin
SHAMROCK ROVERS……. 5
FLORIANA…………………. 1
(Agg: Shamrock R. 5-3)
Għalkemm bdew b’vantaġġ ta’ żewġ goals wara li fil-ġimgħa li għaddiet f’pajjiżna, kisbu rebħa ta’ 2-0, fit-tieni leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League li ntagħab f’Dublin, Floriana sofrew telfa kbira ta’ 5-1 kontra l-Irlandiżi ta’ Shamrock Rovers, biex b’hekk sfaw eliminati minn din il-kompetizzjoni bi skor aggregate ta’ 5-3, biex issa jkomplu l-vjaġġ Ewropew tagħhom fil-UEFA Conference League.
Notevoli kienet l-inklużjoni tal-captain ta’ Shamrock Rovers, Pico Lopes, wara l-impenji tiegpu fit-Tazza tad-Dinja ma’ pajjiżu, Cape Verde, fejn lagħab il-logħbiet kollha kontra Spanja, l-Urugwaj, l-Arabja Sawdija u Arġentina rispettivament.
Shamrock għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss żewġ minuti, Jack Byrne, kellu xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa għadda jħakkek mal-lasta.
Fir-raba’ minuta John McGovern ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Floriana, Guilherme Cioletti, b’dan tal-aħħar jimblokka bil-ballun imur f’corner. U proprju mill-istess corner, l-Irlandiżi fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, LEE GRACE xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża.
Peró, Floriana wettqu reazzjoni mmedjata u fit-13-il minuta kisbu d-draw meta Mustapha Jah xeħet cross fil-baxx mix-xellug li sab lill-Kroat, TOMISLAV GUDELJ, li b’eleganza minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
Fis-16-il minuta, Shamrock resqu viċin meta minn pożizzjoni ideali, Dylan Watts ġiegħel lil Cioletti jwettaq intervent mill-aqwa.
Iżda, fid-29 minuta, reġgħu marru fil-vantaġġ meta minn cross fit-tul ta’ Adam Brennan, id-difensur ta’ Floriana Kauan De Paula naqas milli jantiċipa lil JOHN MC GOVERN, li bir-ras tefa’ l-ballun wara Cioletti, bil-ballun jaħbat mal-mimduda qabel intemm ġewwa.
Shamrock reġgħu sabu x-xibka fil-ftuħ tat-tieni taqsima, eżattament wara biss żewġ minuti, meta wara li rċeva min cross ta’ Watts, JOHN MC GOVERN, mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
L-affarijiet komplew jikkomplikaw ruħhom għal Floriana u fil-61 minuta Shamrock skorjaw ir-raba’ goal meta GRAHAM BURKE, avvanza tajjeb fil-kaxxa u minn qagħda ideali, spara l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Fit-73 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa meta JACK BYRNE dendel il-ballun għal ġox-xibka minn tarf il-kaxxa.
Shamrock R.: Edward McGinty, Lee Grace, Pico Lopes, Cory O’ Sullivan, Jake Mulraney (Tunmise Sobowale 65), Dylan Watts (Naj Razi 77), John O’Sullivan (Connor Malley 77), Jack Byrne, Adam Brennan, John McGovern (Michael Noonan 77), Graham Burke (Jonathan Afolabi 77) – Coach: Stephen Bradley
Floriana: Guilherme Cioletti, Carlo Zammit Lonardelli, Owen Spiteri, Kauan De Paula, Myles Beerman, Robert Muric (Kenan Dervisagic 52), Gaston Manuel Romano (Dunstan Vella 64), Alen Kurtalic, Federico Varela, Tomislav Gudelj (Ange Curtis N’Dri 71), Mustapha Jah – Coach: Daniel Portela
Referee: Joakim Ostling (Svezja)
assistenti: Robin Wilde, Simon Kristensson (Svezja)
Raba’ Uff.: Richard Sundell (Svezja)
Skorers: L. Grace 7, J. Mc Govern 29, 48, G. Burke 61, J. Byrne 73 (S), T. Gudelj 13 (F)
Ammoniti: J. McGovern, D. Watts, N. Razi (S), D. Vella (F)




