CRYSENCIO SUMMERVILLE – Manchester United se jimmiraw lejn il-winger ta’ West Ham, Crysencio Summerville, 24 sena, jekk Marcus Rashford jitlaq dan is-sajf, bl-attakkant internazzjonali Olandiż jiswa madwar £30 miljun.
ANTONIO NUSA – Arsenal qed iħejju offerta ta’ madwar £34 miljun għall-winger tan-Norveġja u RB Leipzig, Antonio Nusa, 21 sena, li għadu kemm ħa sehem fit-Tazza tad- Dinja.
AYYOUB BOUADDI – Manchester City infurmaw lill-midfielder ta’ Lille u l-Marokk, Ayyoub Bouaddi, 18-il sena, li jridu jiksbuh ħalli jitfgħuh direttament fl-ewwel team minflok isellfuh lura lill-club Franċiż.
IBRAHIM MBAYE – Manchester City qed iħarsu lejn l-attakkant Senegaliż ta’ Paris St-Germain, Ibrahim Mbaye, 18-il sena, wara li diġá kien hemm interess minn Aston Villa u Tottenham.
DAYANN METHALIE – Sunderland qed iħejju mossa biex jiffirmaw lid-difensur Franċiż, Dayann Methalie, 19-il sena, mingħand Toulouse.
RICO LEWIS – Everton qed jikkunsidraw trasferiment għad-difensur lemini ta’ Manchester City, Rico Lewis, 21 sena, b’Nottingham Forest, Bournemouth u Fulham ukoll interessati fil-player Ingliż.
ELLIOT STROUD u KONSTANTINOS TZOLAKIS – Hull City mistennija jiffinalizzaw trasferiment din il-ġimgħa għall-winger Svediż, Elliot Stroud, 24 sena, mingħand Mjallby fi ftehim li jiswa £3 miljun – u jittamaw ukoll li jlestu l-iffirmar tal-goalkeeper ta’ Olympiakos u l-Greċja, Konstantinos Tzolakis, 23 sena.
ABDUL FATAWU – Il-club Tork, Besiktas, ingħaqad ma’ West Ham fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lill-winger ta’ Leicester City u l-Ghana, Abdul Fatawu, 22 sena.
BAE JUNHO – Il-midfielder ta’ Stoke u l-Korea t’Isfel, Bae Junho, 22 sena, huwa mira għall-club ta’ Ligue 1, Lyon, meta fadallu sena biss fil-kuntratt tiegħu.
GABRIEL SLONINA – Il-goalkeeper tal-Istati Uniti, Gabriel Slonina, 22 sena, bħalissa qed jingħata prova minn Strasbourg bil-ħsieb li jingħaqad ma’ Chelsea.
TYRIQUE GEORGE – Everton qablu fuq ftehim li jiswa sa £24 miljun, inklużi żidiet oħra, biex jiffirmaw lill-winger ta’ Chelsea, Tyrique George, 20 sena. Minn Jannar huwa lagħab b’self mat-Toffeemen b’għażla ta’ xiri permanenti waqt li Chelsea nkludew klawsola ta’ bejgħ ta’ 15%.
AURELE AMENDA – Coventry City mistennija jagħmlu l-ewwel firma tagħhom wara r-ritorn fil-Premier League, li huwa d-difensur tal-Isvizzera u Eintracht Frankfurt, Aurele Amenda, 22 sena. Li Sky Blues se jippruvaw ukoll għall- goalkeeper Irlandiż ta’ Everton, Mark Travers, 27 sena.
MATTY WARHURST – L-attakkant Ingliż ta’ Manchester City, Matty Warhurst, 19-il sena, qed jiġbed l-attenzjoni minn numru ta’ clubs, inklużi tal-English Football League, Stockport County, Northampton Town u Swindon Town.
ANOUAR EL AZZOUZI – Il-midfielder imwieled fil-Marokk, Anouar El Azzouzi, 25 sena, ingħaqad mal-club Taljan, Frosinone, bi trasferiment ħieles mingħand Fortuna Dusseldorf tal-Ġermanja, fejn iffirma kuntratt sat-30 ta’ Ġunju, 2029, ħabbar il-club tas-Serie A. Huwa għandu kemm nazzjonalità Marokkina kif ukoll Olandiża. Fil-passat lagħab għal PEC Zwolle, FC Dordrecht, Vitesse u NEC fl-Olanda.




