Thursday, August 13, 2026
0
2

MYKHAYLO MUDRYK – Chelsea huma lesti li jissanzjonaw self għall-winger Ukren, Mykhaylo Mudryk, 25 sena, b’Coventry City wieħed mit-tliet clubs tal-Premier League interessati.

RODRI – Barcelona għadhom f’negozjati ma’ Manchester City biex jiffirmaw lill-midfielder Spanjol, Rodri, 30 sena, minkejja li fallew bl-ewwel offerta l-ġimgħa li għaddiet.

DJED SPENCE – Inter qegħdin f’taħditiet ma’ Tottenham dwar ftehim biex jiffirmaw lid-difensur lemini Ingliż, Djed Spence, 26 sena, għal €30 miljun, bil-player ħerqan li jmur maċ-champions tas-Serie A.

LEWIS HALL – Manchester United qed jagħtu prijo­rità lid-difensur tax-xellug ta’ Newcastle, Lewis Hall, 21 sena, bil-player internazzjonali Ingliż ukoll favur trasferiment lejn Old Trafford.

MYLES LEWIS-SKELLY – Chelsea u Manchester United ġew offruti ċ-ċans li jiffirmaw lill-midfielder Ingliż, Myles Lewis-Skelly, 19-il sena, hekk kif Arsenal jistgħu jkunu ttantati li jbigħu lill-player wara l-wasla tal-internazzjonali Brażiljan, Bruno Guimaraes, 28 sena, mingħand Newcastle.

JOAQUIN SEYS – Manchester United qed jikkunsidraw offerta inizjali għad-difensur xellugi ta’ Club Brugge, Joaquin Seys, 21 sena, li jiswa £30 miljun.

ENDRICK – Manchester United għamlu wkoll pass biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Real Madrid u l-Brażil, Endrick, 20 sena, b’self, iżda l-coach Jose Mourinho jrid iżommu fil-Bernabeu lil hinn mis-sajf.

KALVIN PHILLIPS – Il-midfielder ta’ Manchester City, Kalvin Phillips, 30 sena, qed joqrob lejn ir-ritorn tiegħu ma’ Sheffield United b’self wara li l-Ingliż qatta’ tmiem l-istaġun li għadda magħhom.

GABRIEL JESUS – Napoli qed jesploraw ftehim għall-attakkant Brażiljan, Gabriel Jesus, 29 sena, iżda Arsenal se jikkunsidraw biss li jbigħuh jekk l-offerti jibdew minn €20 miljun.

ILIMAN NDIAYE – Il-winger ta’ Everton u s-Senegal, Iliman Ndiaye, 26 sena, irrifjuta offerta biex jingħaqad mat-team Al-Hilal tal-Pro League Sawdi, meta jixtieq ikompli jilgħab fil-Premier League.

ALISTAIR JOHNSTON, AARON WAN-BISSAKA u BROOKE NORTON-CUFFY – Everton qed jagħmlu pressjoni biex jiffirmaw difensur lemini f’dawn l-għa­xart ijiem li ġejjin, b’Alistair Johnston, 27 sena, ta’ Cel­tic u l-Kanada, Aaron Wan-Bissaka, 28 sena, ta’ West Ham u r-RD tal-Kongo, u l-Ingliż ta’ Genoa, Brooke Norton-Cuffy, 22 sena.

MOFE JEMIDE – Id-difensur ċentrali Ingliż ta’ Crystal Palace, Mofe Jemide, 19-il sena, qed joqrob lejn trasferiment ma’ Alverca fl-ogħla diviżjoni tal-Portugall.

OUSMANE DIOMANDE – Nottingham Forest iffirmaw lid-difensur tal-Ivory Coast, Ousmane Diomande, 22 sena, mill-club Portugiż ta’ Sporting CL fi ftehim li jiswa £34 miljun, b’kuntratt ta’ erba’ snin bil-Forest għandhom għażla ta’ sena oħra.

BENOIT BADIASHILE – Napoli reġgħu fetħu t-taħditiet ma’ Chelsea fi sforz biex jiffinalizzaw ftehim biex jiffirmaw lid-difensur ċentrali Franċiż, Benoit Badiashile, 25 sena.

PIERRE-EMILE HOJBJERG – Il-midfielder ta’ Marseille u d-Danimarka, Pierre-Emile Hojbjerg, 31 sena, irrifjuta l-opportunità li jingħaqad ma’ Newcastle.

JAMIE VARDY – L-attakkant Jamie Vardy, 39 sena, jista’ jagħmel ritorn sensazzjonali fil-football Ingliż hekk kif il-club taċ-Championship, West Ham, qed jikkunsidra trasferiment għall-eks attakkant ta’ Leicester City u l-Ingilterra, li huwa aġent ħieles wara li ntemm il-kuntratt tiegħu ma’ dak Taljan, Cremonese.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here