Birkirkara FC akkwistaw is-servizzi ta’ Fernandinho.
Il-midfielder offensiv Brażiljan ħalla l-marka tiegħu filpMalta Premier League f’dawn l-aħħar snin, fejn lagħab ma’ Marsaxlokk, Floriana u Sliema Wanderers, fejn wera l-kreattività, il-kwalità teknika u l-versatilità tiegħu fl-attakk.
Kapaċi jopera bħala midfielder offensiv jew fuq il-wings, Fernandinho issa jingħaqad mal-Istripes, u jżid aktar kwalità u esperjenza fl-attakk tagħhom.
Birkirkara FC laqgħu lil Fernandinho fil-klabb, filwaqt li awgurawlu kull success għall-istaġun li ġej.




