Thursday, August 13, 2026
Home Sport Esperjenza sabiħa oħra għal Enzo Romao ma’ SC Braga fil-Portugall

Esperjenza sabiħa oħra għal Enzo Romao ma’ SC Braga fil-Portugall

0
2

Enzo Romao, li beda l-vjaġġ tiegħu fin-Nursery ta’ Mosta FC u fl-istaġun li għadda ngħaqad ma’ Pietá Hotspurs FC, reġa’ kellu esperjenza sabiħa fil-Portugall.

Il-ġimgħa li għaddiet, Enzo kellu esperjenza oħra ma’ SC Braga fil-Portugall, wara li l-klabb kien baqa’ jsegwi l-progress tiegħu mill-ewwel esperjenza li kellu magħhom.

Għal darb’oħra, Enzo ħalla impressjoni tajba. Matul il-ġimgħa kellu diversi sessjonijiet ta’ taħriġ intensivi u ħa sehem ukoll f’partita ta’ ħbiberija, fejn kien involut ukoll f’żewġ gowls.

Din l-esperjenza żgur li se tgħinu jikber bħala player u, fuq kollox, tkompli tagħtih kunfidenza biex jimxi ’l quddiem.

Ix-xhur li ġejjin jistgħu jkunu importanti ħafna għal Enzo, hekk kif hemm il-possibbiltà li jerġa’ jiġi msejjaħ għal esperjenza oħra ma’ Braga qabel jagħlaq 16-il sena

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here