Monday, May 13, 2024

279 każi pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman

Aqra wkoll

Għalkemm mhux komuni li ssir, imma hi pjuttost rari, teżisti l-faċilita li l-Ispeaker tal-Parlament ikun suġġett għal mistoqsijiet li jistgħu jagħmlulu l-membri tal-Kamra dwar l-operat ta’ istituzzjonijiet li jaqgħu fir-responsabbilta ta’ Mr Speaker.

Fil-fatt, dan l-aħħar, l-Ispeaker Dr Anġlu Farrugia wieġeb għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, dwar każi li huma pendenti quddiem l-Ombudsman u quddiem l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.

Mit-tweġibiet li ta’ l-Ispeaker jirriżulta li sas-7 ta’ Novembru 2023, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kellu quddiemu tliet talbiet pendenti għal investigazzjoni mressqa mill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi. 

Dawn jinkludu investigazzjoni dwar it-tielet fażi tal-junction tal-Marsa, il-ftehim bejn il-Gvern u Sadeen Education Investment b’rabta mal-proġett tal-Universita Amerikana ta’ Malta u investigazzjoni dwar ir-rebate fl-iskema operata mill-Kummissjoni Maltija tal-Films.

Fir-rigward tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, l-Ispeaker, Dr Anglu Farrugia qal li l-Ombudsman, sat-3 ta’ Novembru 2023, kellu quddiemu 279 każi pendenti, li minnhom 30 huma quddiem il-Kummissarju għall-ambjent u l-Ippjanar, 74 quddiem il-Kummissarju għas-Saħħa u 13 quddiem il-Kummissarju għall-Edukazzjoni.

Sport