Bħalissa hemm 29 pazjent fl-Isptar Mater Dei li qed jistennew li jidħlu f’dar tal-anzjani. Pazjenta waħda ilha aktar minn xahrejn. Ebda pazjent ma ilu jistenna aktar minn sitt xhur jew aktar minn sena.
Kien il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela li ta din l-informazzjoni fil-Parlament meta kien qiegħed iwieġeb mistoqsija tad-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.
Il-Ministru Abela tenna li jinsab infurmat li riżultat ta’ numru ta’ inizjattivi wasslu għal tnaqqis rekord ta’ sodod imbklukkati fl-Isptar Mater Dei.