Wednesday, September 23, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Għada Malta tiftaħ l-impenji kontra Andorra, f’Andorra La Vella

UEFA Nations League: Għada Malta tiftaħ l-impenji kontra Andorra, f’Andorra La Vella

0
69
Ritratt: mfa.com.mt

Il-coach tat-tem nazzjonali Malti, Emilio De Leo, tenna li t-team huwa determinat li jilħaq l-għan li poġġa għalih innifsu fil-bidu tal-kampanja attwali tal-UEFA Nations League, hekk kif Malta qed tħejji biex tibda l-impenji tagħha kontra Andorra, barra minn xtutna,  eżattament f’Estadio Encamp, f’Andorra La Vella, fis-6.00 pm.

Waqt il-konferenza stampa qabel il-partita tal-lum, De Leo qal li minkejja l-bidliet fil-format tal-kompetiz­zjoni, l-iskwadra tibqa’ ffu­kata fuq il-kisba tal-objettiv tagħha.

“Minkejja l-bidla fil-format, irridu nilħqu l-għan li waqqafna għalina nfusna fil-bidu ta’ dan il-vjaġġ,” qal De Leo. “Barra minn hekk aħna wrejna reżiljenza matul dan il-perjodu kollu.”

Il-coach enfasizza wkoll l-importanza ta’ dan l-għan għall-players li kienu parti mill-edizzjoni preċedenti tan-Nations League, u saħaq li l-kisba tiegħu tkun ukoll rikonoxximent tal-kontribut u x-xogħol li wettqu fil-passat.

De Leo jistenna partita diffiċli kontra t-team ta’ Andorra li se jilgħab f’daru, u ddeskriva lill-avversarji bħala team kompatt u veloċi.

“Nafu li se niffaċċjaw team li qed jilgħab f’daru. Il-players huma veloċi u kom­patti, u nirrispettawhom,” qal De Leo. “Fl-istess waqt, aħna determinati li nu­ru l-livell tat-tkabbir li ksibna.”

Meta mistoqsi dwar ir-ritorn ta’ diversi players li kienu qed jilagħbu barra minn Malta, De Leo rriko­noxxa x-xogħol u l-inċertezza involuti f’deċiżjonijiet bħal dawn, u rrimarka li hemm ħafna konsiderazzjonijiet u riskji li mhux dejjem ikunu viżibbli minn barra. 

Madankollu, huwa jemmen li l-involviment regolari ta’ dawn il-players fil-kampjonat domestiku kellu effett pożittiv fuq l-iskwadra.

“Irridu nieħdu l-aspett pożittiv minn dan kollu. Il-players issa qed jiltaqgħu b’mod aktar regolari u ji­lagħ­bu flimkien fl-istess team. Qishom qatt ma telqu mit-team nazzjonali,” spjega De Leo.

“Nista’ ngħid li issa aħna team aktar magħqud minn qatt qabel.”

Il-coach ammetta li ż-żmien għat-tħejjija qabel il-partita kien limitat, iżda saħaq li dan huwa parti mill-football internazzjonali u xi ħaġa li t-timijiet kol­lha jridu jiffaċċjaw.

“Iltqajna mal-players għal ftit jiem biss, iżda din hija d-destinazzjoni tat-timijiet nazzjonali kollha. Ħdimna fiż-żmien limitat li kellna u nittamaw li dan ikun evidenti waqt il-partita,” temm jgħid De Leo.

Min-naħa tiegħu, il-player Malti, Teddy Teuma (ritratt), qed jistenna partita impenjattiva, speċjalment minħabba l-isfida li se jilagħbu f’Andorra. “Se tkun logħba diffiċli. Li tilgħab hawn qatt mhu faċli,” qal Teuma.

Il-midfielder Malti saħaq fuq l-importanza li t-team ikun ippreparat kemm mentalment kif ukoll fiżikament, filwaqt li wera fiduċja fil-kwalità tal-iskwadra.

“Irridu nkunu aħjar men­talment u fiżikament. Jekk inżommu mal-pjan … għandna l-kwalità u nafu li nistgħu nieħdu xi punti minn dan il-konfront.”

Il-logħba tal-UEFA Nations League bejn Andorra u Malta se tintlagħab għada, il-Ħamis 24 ta’ Settembru, fis-6.00 pm fl-Istadium ta’ Encamp f’Andorra la Vella.

Il-logħba se tixxandar diretta fuq TVMSports+.

L-iskwadra Maltija hija komposta minn:

Goalkeepers: Henry Bonello (Sliema W.), Rashed Al Tumi (Birkirkara), James Sissons (Chesterfield, Ingilterra)

Difensuri: Zach Muscat (Birkirkara), Juan Carlos Corbalan, Enrico Pepe (Marsaxlokk), Ryan Camenzuli, Kurt Shaw (Hibernians), Jean Borg (Sliema W.), Gabriel Mentz (Gzira U.) Carlo Zammit Lo­nardelli, Myles Beerman (Floriana).

Midfielders: Matthew Guillaumier (Hamrun S.), Brandon Diego Paiber, Jake Azzopardi (Valletta), Alexander Satariano, Teddy Teuma, Adam Magri Overend (Slie­ma W.).

Attakkanti: Joseph Mbong (Hibernians), Paul Mbong (Floriana), Ilyas Chouaref (Sion, Svizzera), Jake Grech (Hamrun S.), Irvin Cardona (St Etienne, Franza), Basil Tu­ma (Aldershot Town, Ingilterra), Keyon Ewurum, Andrea Zammit (Valletta).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here