Sunday, May 19, 2024

29 suldat tan-Niġer inqatlu mill-Ġiħadisti

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 29 suldat inqatlu fin-Niġer, f’dak li huwa l-aktar attakk vjolenti minn meta l-armata għamlet kolp ta’ stat f’Lulju li għadda.

Is-suldati nqatlu minn mijiet ta’ ġiħadisti bl-użu ta’ “apparat splussiv u vetturi kamikaze.”

Il-Ministru tad-Difiża tan-Niġer qal li “għexieren ta’ terroristi” inqatlu wkoll fil-kontro-offensiva li seħħet qrib il-fruntiera mal-Mali.

L-attakki mill-Ġiħadisti fuq l-armata żdiedu minn meta l-militar ħa f’idejh il-poter. Il-mexxejja tal-kolp ta’ stat kienu ddikjaraw li waqqgħu l-gvern tal-Presidenti Mohamed Bazoum hekk kif is-sitwazzjoni tas-sigurtà kienet qed tmur għall-agħar.

Franza qed tirtira l-1,500 suldat tagħha min-Niġer qabel tmiem is-sena wara pressjoni mill-ġunta. Il-forzi Franċiżi ilhom jiġġieldu r-ribelljoni fin-Niġer li nfirxet mill-Mali fl-2015.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-Ambaxxatur ta’ Franza telaq min-Niġer wara li kienn imblukkat fl-Ambaxxata Franċiża għal diversi ġimgħat fuq ordni tal-ġunta.

Sport