Sunday, May 5, 2024

32 każ ta’ atti indiċenti fl-aħħar sena u nofs

Aqra wkoll

Fl-aħħar sena u nofs ġew irrappurtati 32 każ ta’ atti indiċenti f’diversi lokalitajiet tal-gżejjer Maltin.

Minnhom kien hemm 11-il każ li dwarhom ittieħdu passi legali, filwaqt li xi każi oħrajn ġew magħluqa jew l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Il-maġġorparti ta’ dawn il-każi seħħew il-Belt, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, Bormla, iż-Żejtun, Ħaż-Żebbuġ, Tas-Sliema, l-Imsida, San Ġiljan, Birkirkara, in-Naxxar, il-Qawra, u r-Rabat (Malta u Għawdex).

Dan it-tagħrif tah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.

Sport