Monday, May 13, 2024

It-Turkija taqbel li tappoġġja s-sħubija Żvediża fin-NATO

Aqra wkoll

It-Turkija m’għadhiex kontra s-sħubija tal-Iżvezja fin-NATO, tant li l-President Tork Recep Tayyip Erdogan se jappoġġja l-applikazzjoni tal-Parlament Żvediż għal sħubija fin-NATO. Aktar qabel, it-Turkija approvat ukoll l-applikazzjoni tal-Finlandja.

Din l-aħbar ġiet konfermata mill-Kap tal-Alleanza Transatlantika, Jens Stoltenberg.
Wara diversi taħditiet f’Vilnius, il-Litwanja, fejn dawn il-jumejn sar Summit tal-Mexxejja tan-NATO. Il-Prim Ministru tal-Iżvezja Ulf Kristersson, qal li t-Turkija qablet li timxi ‘l quddiem, u ddikjara li dan jista’ jiġi kkunsidrat bħala jum storiku.

Iktar kmieni, il-possibbiltà tas-sħubija tal-Iżvezja fin-NATO żergħet għad ta’ dubji peress li skont it-Turkija l-Iżvezja kienet qed tagħti kenn lill-kurdji Torok li qed jissieltu kontra l-Gvern ta’ Erdogan.

Is-Summit tan-NATO qed jiffoka l-aktar fuq il-gwerra fl-Ukrajna u wkoll biex isaħħaħ l-għaqda fost il-mexxejja tal-Punent fid-dawl tal-istess gwerra fl-Ukrajna.

Sport