Minn tal-inqas 42 persuna nqatlu u 10 oħra ndarbu fi ġlied bejn gruppi etniċi rivali fil-Lvant taċ-Chad, f’kunflitt li beda wara tilwima fuq bir tal-ilma.
Il-kunflitt fil-provinċja ta’ Wadi Fira, inizjalment bejn żewġ familji, ingħad li eskala f’diversi attakki ta’ vendetta, li nfirxu f’diversi rħula.
L-awtoritajiet taċ-Chadqalu li delegazzjoni mmexxija mid-Deputat Prim Ministru Limane Mahamat kienet intbagħtet fiż-żona u s-sitwazzjoni ġiet taħt kontroll.
Ġlied komunitarji fatali huma komuni f’dan il-pajjiż, b’tilwim li ilu għaddej anke bejn il-bdiewa u raħħala, kif ukoll tensjonijiet etniċi. Dan il-ġlied spiss jiġu mqanqla minn kompetizzjoni dwar l-ilma u l-art.


