Sunday, December 22, 2024

45,000 familja se jgawdu minn mekkaniżmu addizjonali tal-għoli tal-ħajja

Dan se jsir b’investiment ta’ €16-il miljun

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Budget 2023 bit-tema ‘Ċertezza u Stabbiltà’, ser ikun qiegħed jindirizza diversi miżuri  li jolqtu lil kull individwu. Fost il-miżuri, ser ikun hemm dik li din is-sena ġie introdott il-mekkaniżimu addizzjonali tal-kumpens tal-għoli tal-ħajja, li qed isir b’investiment ta’ €16-il miljun. Dan se jolqot lil 45,000 familja filwaqt li se jkun hemm żieda fiċ-children allowance u nefqa ta’ €1.1 miljun ewro fil-pensjonijiet.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fisser dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Hu qal li flimkien mal-cola ta’ €9.90, din is-sena hemm kif kien imħabbar fil-Budget tal-2023, ser jiġi introdott mekkaniżmu ġdid addizzjonali li se jikkumpensa l-għoli tal-ħajja. Fid-diskors tiegħu, Falzon qal li mill-2013 sal-lum in-nies li jiddependu għall-għajxien tagħhom fuq il-benefiċċji soċjali naqsu b’aktar min-nofs. 

Hawnhekk intqal minnu li d-differenza bejn il-Gvern Laburista u l-Partit Nazzjonalista hija waħda ċara. Żied jgħid li fi żmien in-Nazzjonalisti ma kien hemm l-ebda żidiet, filwaqt li il-Gvern Laburista stinka f’kull settur sabiex ikun hemm żieda. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-enerġija, il-Ministru Falzon innota b’sodisfazzjon li l-pajjiż baqa’ stabbli minħabba li l-Gvern dejjem ħadem favur in-nies. 

Preżenti fil-konferenza stampa kien hemm ukoll il-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar. Min-naħa tagħha hi qalet li Gvern Laburitsa kien dejjem soċjalment ġust fil-politika tiegħu u qed jagħmel ċert li jkun hu li jġorr l-akbar piżijiet soċjali. Dwar l-inflazzjoni partikularment f’pajjiżna, sostniet li f’Malta r-rata ta’ inflazzjoni hija waħda stabbli. Rapporti internazzjonali u Ewropej juru li bħala pajjiż miexi fid-direzzjoni t-tajba. 

Ekonomija

Sport