Minn fost dawk li qegħdin jistennew akkomodazzjoni soċjali hemm 72 persuni barranin li jgħixu Malta. Ikkonferma dan il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi.
Il-Ministru Galdes spjega li persuna barranija tkun tista’ tapplika għal dan il-benefiċċju jekk ikollha status ta’ refuġjat, ġejja minn pajjiż mill-Unjoni Ewropea jew miżżewġa ċittadin Malti.