Wednesday, May 7, 2025

74% tal-artisti li ħadu sehem fil-Malta Biennale 2024 kienu sodisfatti bl-esperjenza

Aqra wkoll

Erbgħa u sebgħin fil-mija (74%) tal-artisti li ħadu sehem fil-Malta Biennale 2024 kienu sodisfatti bl-esperjenza li tahom il-biennale, 75% jaqblu li l-Malta Biennale ġġenera diskussjoni ġenerali fuq temi kurrenti, 70% jgħidu li l-Malta Biennale għen biex kabbar il-kreattività tagħhom, 72% jirrakkomandaw il-Malta Biennale lil artisti u kuraturi oħra u 75% iddikjaraw li lesti jerġgħu jieħdu sehem.

Dawn id-dettalji ngħataw mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Julie Zahra. 

Il-Ministru Bonnici irrimarka kif minn dawk li żaru s-siti storiċi kemm ta’ Heritage Malta u kemm dawk fejn kienu qed jittellgħu l-wirjiet tal-Malta Biennale, 87% indikaw li kienu sodisfatti bl-esperjenza.

Huwa kompla jispjega li 68% tal-poplu Malti u Għawdxi kienu jafu bil-Malta Biennale, 78% qalu li l-arti kontemporanja fil-mużewijiet u siti storiċi ittejjeb l-esperjenza fis-sit innifsu filwaqt li 80% qalu li l-Malta Biennale huwa opportunità kbira biex timbotta ‘l quddiem kemm lill-artisti Maltin u kemm ix-xena artistika lokali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport