Friday, January 21, 2022

8,013-il ċitazzjoni kontra użu mill-mowbajl waqt is-sewqan

Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bejn Jannar 2020 u Novembru 2021 hu stmat li ngħataw aktar minn 8,000 ċitazzjoni lil sewwieqa li nqabdu jagħmlu użu mill-mowbajl waqt is-sewqan.

Ikkonferma dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri waqt li kien qiegħed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Godfrey Farrugia.

Farrugia staqsih kemm kienu l-każi ta’ persuni li tressqu mill-Pulizija quddiem il-Qorti minħabba l-użu tal-mowbajl waqt is-sewqan.

Camilleri wieġeb li fil-maġġoranza tal-każi, il-persuni responsabbli jinħarġulhom ċitazzjonijiet u ma jitressqux quddiem il-Qorti.

Minkejja dan huwa kkonferma li bejn Jannar tas-sena li għaddiet u Novembru li għadda b’kollox ingħataw 8,013-il ċitazzjoni lil sewwieqa li nqabdu jagħmlu użu mill-mowbajl waqt is-sewqan.

Sport