Madwar 9,000 persuna attendew il-kunċert Una Notte Con le Stelle, ċelebrazzjoni ta’ mużika Taljana, fuq il-Fosos tal-Furjana matul il-lejl li għadda.

Fost il-kantanti li ħadu sehem hemm l-artisti leġġendarji Taljani Al Bano, Ricchi e Poveri, u Riccardo Fogli.
Dawk li attendew kellhom iċ-ċans li jmorru lura fiż-żmien u jisimgħu wħud mill-isbaħ kanzunetti li qatt inħarġu fl-Italja. Dan il-kunċert kien ippreżentat minn Lorella Cuccarini u Keith Demicoli.

Is-suċċess ta’ dan il-festival kompla jpoġġi lil Malta fuq il-mappa tad-dinja tal-ispettaklu kif ukoll wera li pajjiżna hija destinazzjoni ta’ eċċellenza.