Wednesday, April 24, 2024

AC Milan qed jitħajru għal Hakim Ziyech

Aqra wkoll

AC Milan qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-plejer Marokkin Hakim Ziyech li kien protagonist fil-logħba mill-fażi tal-aħħar sittax li t-tim nazzjonali ta’ pajjiżu lagħab kontra Spanja meta skorja l-penalty deċiżiv li ta passaġġ lit-tim tiegħu għall-kwarti tal-finali. 

Ziyech għandu 29 sena u bħalissa qed jilgħab fl-Ingilterra ma’ Chelsea. Hu skorja sitt gowls f’51 partita għalkemm jixtieq isib iktar spazju u jilgħab fl-ewwel ħdax.

Huwa għalhekk li i Rossoneri qed jitħajru għal dan il-plejer u jmorru għalih f’Jannar li ġej għalkemm mhux se tkun biċċa xogħol faċli li jagħmlu dan.

Sport