Wednesday, March 27, 2024

Olivier Giroud jista’ jikser rekord partikolari

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż Olivier Giroud hu lest li jikser rekord ġdid fit-tazza tad-dinja li ilu mhux mimsus sa mis-sena 1990.

Fil-fatt, il-plejer ta’ AC Milan li għandu 36 sena diġa’ skorja tliet gowls matul din l-edizzjoni li qed issir fil-Qatar.

S’issa għamel aħjar minnu l-eks plejer tal-Kamerun Roger Milla li fl-edizzjoni ta’ Italia 90 kien skorja erba’ gowls bħala plejer ‘il fuq minn 36 sena.

Giroud qed ikollu staġun eċċezzjonali ma’ AC Milan u qed ikun prominenti anke ma’ Les Bleus.

Ekonomija

Sport