Wednesday, April 24, 2024

Liverpool u Man Utd iridu jiffirmaw lil Enzo Fernandez

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Manchester United u Liverpool qed isegwu sew it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar sabiex isibu xi plejer jew plejers li jistgħu jingħaqdu magħhom f’Jannar li ġej waqt is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.

Wieħed minn dawn hu Enzo Fernandez li għandu 21 sena u li bħalissa qed jilgħab ma’ Benfica fil-Portugall.

Dan il-plejer xpruna lill-Arġentina f’waħda mill-partiti hekk kif skorja t-tieni gowl fir-rebħa li kellhom kontra l-Messiku.

Benfica mhux se jċedu lil dan il-plejer kif ġieb u laħaq għalkemm lesti jisimgħu xi offerti mingħand ir-Red Devils u r-Reds.

Sport