Monday, May 13, 2024

Adrien Rabiot qed jirkupra minn injury

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Adrien Rabiot se jagħmel minn kollox sabiex ikun parti mit-tim ta’ Juventus li se jaffronta lil Genoa fil-kampjonat Taljan.
Rabiot għadu kemm iċċelebra l-200 logħba mal-Bianconeri fil-logħba kontra Frosinone li ntlagħbet fil-25 ta’ Frar li għadda. Minkejja kollox, hu weġġa’ f’siequ l-leminija u kellu jibqa’ barra għal dawn l-aħħar ġimgħat.

Ilbieraħ Rabiot deher jitħarreġ flimkien mal-goalkeeper Mattia Perin li wkoll jinsab xi ftit imweġġa’. Hu dejjem wera x-xewqa li jibqa’ jilgħab mat-tim minn Turin għax jinsab ferm għal qalbu hemmhekk.

Sport