AFM twettaq evakwazzjoni medika minn fuq tanker taż-żejt

Aqra wkoll

L-AFM wettqet evakwazzjoni medika minn fuq tanker taż-żejt li kien jinsab aktar minn 100mil nawtiku fil-Lvant ta’ Malta. L-operazzjoni saret ilbieraħ filgħaxija wara li membru tal-ekwipaġġ sofra ġrieħi f’idu.

Permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għas-Salvataġġ, l-AFM ikkordinat l-operazzjoni u ħelikopter tal-Forzi Armati għamel operazzjoni tissejjaħ winching biex membru tal-ekwipaġġ jitella’ abbord.

Ir-raġel inġieb Malta u ngħata f’idejn tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport