Friday, June 5, 2026

Afrojack jingħaqad mal-lineup ta’ Isle of MTV Malta 2026

Aqra wkoll

L-MTV ħabbret li d-DJ rebbieħ ta’ premji Afrojack se jdoqq fl-Isle of MTV Malta 2026 u b’hekk se jirritorna fuq il-palk ikoniku tal-festival. Afrojack se jidher fuq il-lineup flimkien mal-headliner u s-superstar globali Katy Perry fuq il-Fosos nhar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju. Il-biljetti għal Isle of MTV Malta u l-Malta Music Week huma disponibbli issa fuq isleofmtv.com.

Dan il-festival iseħħ fil-qalba tal-Belt Valletta kull sajf u jsir b’kollaborazzjoni mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta. L- Isle of MTV f’pajjiżna sar wieħed mill-akbar spettakli ta’ mużika live tal-gżira u jilqa’ għexieren ta’ eluf ta’ nies minn madwar Malta u minn barra li jiġu f’pajjiżna popja għalih. 

Afrojack se jkompli wara l-ispettaklu, billi jdoqq sett speċjali ta’ “KAPUCHON” fl-After Party Uffiċjali tal-Isle of MTV f’Gianpula Village. Afrojack huwa wieħed mill-aktar artisti mfittxija fil-mużika dance. L-aktar kanzunetta reċenti ta’ Afrojack “Awake Tonight” – kollaborazzjoni ġdida ma’ Sia u David Guetta, wara l-ewwel kollaborazzjoni tat-trio 15-il sena ilu fuq l-innu taż-żfin “Titanium” – qed timla l-palkijiet taż-żfin madwar id-dinja kollha.

L-istilla pop Malti, AIDAN se jkanta wkoll fl-Isle of MTV Malta ta’ dan is-sajf. Aidan qal; “Li nkanta fuq il-palk tal-Isle of MTV Malta għal folla lokali hija xi ħaġa tassew speċjali. Ma nistax nistenna li naqsmu din il-lejla ta’ mużika flimkien.” Artisti u DJs Maltin addizzjonali se jitħabbru dalwaqt. L-Isle of MTV Malta se tixxandar fuq in-netwerks internazzjonali tal-MTV f’Settembru 2026.

Issa li daħal fit-18-il edizzjoni tiegħu, Isle of MTV Malta laqa’ wħud mill-akbar artisti tad-dinja fuq il-palk tiegħu matul is-snin, inklużi Lady Gaga, Damiano David, Raye, ALOK, Bebe Rexha, Jason Derulo, Hailee Steinfeld, Sigala, Ava Max, Paloma Faith, The Chainsmokers, DNCE, Steve Aoki, David Guetta, Marshmello, Martin Garrix, Afrojack, Jess Glynne, Nicole Scherzinger, Jessie J, will.i.am, Rita Ora, Flo Rida, Snoop Dogg, Far East Movement, Kelis, The Scissor Sisters, The Black Eyed Peas, Nelly Furtado, Maroon 5, Enrique Iglesias, N*E*R*D, OneRepublic u DJ Snake.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport