Saturday, April 27, 2024

AĠĠORNAT: Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fiż-Żejtun 

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-7:30 a.m meta l-pulizija kienu informati li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Bormla, fiż-Żejtun 

Hekk kif il-pulizija marru fuq il-post sar magħruf li anzjan ta’ 71 sena residenti l-Fgura intlaqat minn karozza tat-tip Toyota Vitz  li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 27 sena residenti l-Fgura wkoll. 

Il-vittma ingħata  l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li. qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport