Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: “Enzo, il-missier u n-nannu li baqa’ dejjem b’qalbu tħabbat għall-ilsien Malti”

Aqra wkoll

DIRETT: Enzo Gusman jingħata l-aħħar tislima

Aġġornat:

Iċ-ċelebrant beda l-omelija tiegħu billi rrefera għal Enzo bħala bniedem li kien irrispettat u maħbub milll-pubbliku Malti u minn dawk li kienu furtunati biżżejjed li ltaqgħu ma’ Enzo matul ħajjithom. iċ-ċelebrant qal li “Enzo, kien ir-raġel, il-missier u n-nannu, li baqa’ dejjem saqajh mal-art, b’qalbu tħabbat għall-mużika u l-ilsien Malti.” 

Iċ-ċelebrant semma’ kif Enzo kien jikkontribwixxi ħafna għall-parroċċa tant li mhux l-ewwel darba li kien jippreżenta fl-istess parroċċa. Fil-fatt, iċ-ċelebrant irrimarka li Enzo kien jgħix il-fidi liema fidi kien dejjem jgħożż u jħaddan. 

Aktar qabel:

Illejla se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima lil Enzo Gusman li miet fl-età ta’ 74 sena nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru.

Il-funeral se jsir fis-St Paul the Apostle Church Maltese-Canadian Parish f’Toronto fil-Kanada u aktar tard id-difna se ssir fl-Assumption Catholic Cemetery f’Mississauga.

Il-kantant Malti se jibqa’ mfakkar għat-talent tiegħu u anke minħabba domanda kbira għal din l-aħħar tislima saru l-arranġamenti biex il-funeral jixxandar b’mod dirett online.

Tista’ ssegwi l-funeral minn hawn taħt:

YouTube video
Ekonomija

Sport