Każ li xxokkja l-villaġġ kollu ta’ El Jocote fi Gwatemala.
Persuni kienu qegħdin jattendu l-funeral ta’ Yuleidy Ixcotoyac tifla ta’ 15-il sena li kienet ġiet iċertifikata mejta mit-tobba tal-villaġġ.
Waqt li kien qiegħed isir il-funeral, it-tifla bdiet tgħajat mit-tebut u kien hawn li dawk preżenti resqu biex jiftħuħ. It-tifla qamet mit-tebut u dawk preżenti baqgħu xxukjati b’dak li kien seħħ.
It-tifla kienet iċċertifikata mejta 8 sigħat qabel ma kien qiegħed isir il-funeral.




