Monday, October 12, 2026
Home Sport Imsejħa l-iskwadra ta’ 20 player għad-Development Tournament tat-Tfajliet U15

Imsejħa l-iskwadra ta’ 20 player għad-Development Tournament tat-Tfajliet U15

0
57
Ritratt: mfa.com.mt

Il-coach tat-team nazzjonali Malti tat-Tfajliet ta’ taħt il-15-il sena, Wayne Attard, ħabbar l-iskwadra ta’ 20 player li se tkun qed tieħu sehem fil-UEFA Development Tournament, li se jsir il-ġimgħa d-dieħla.

It-team Malti se jilgħab tliet logħbiet mifruxa fuq diversi jiem fis-Centenary Stadium.

L-ewwel partita se tkun kontra l-Estonja nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru, bil-bidu jkun fis-1.30 pm. Malta mbagħad tiltaqa’ mal-Kosovo nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Ottubru, fl-istess ħin. 

L-aħħar impenn tat-team Malti fit-tournament se jkun kontra Faroe Islands, nhar it-Tnejn, 19 ta’ Ottubru, ukoll fis-1.30 pm.

Dan se jkun l-ewwel impenn ta’ Attard fit-tmexxija tat-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena, wara li aktar kmieni din il-ġimgħa rritorna fl-istruttura teknika tal-Malta FA.

L-iskwadra ta’ 20 player magħżula minn Attard hija:

Goalkeepers: Miia Clarke Spiteri (Birkirkara), Shasha Mazzitelli (Birkirkara)

Difensuri:Marownie Azzopardi Spiteri (Mgarr United), Zoe Farrugia (Melita), Khloemarie Grima (San Gwann), Karla Meilak (San Gwann), Maria Micallef (Birkirkara), Michela Rapa Manche (Melita), Mikaela Vella Aquilina (Birkirkara), Chloe Zammit (Melita)

Midfielders: Domenique Bajada (Swieqi St George’s), Maya Lou Chircop (Valletta), Taya Harmer Gauci (Birkirkara), Laura Mallia Gauci (Lija Zabbar), Amy Muscat (Birkirkara), Ella Muscat (Lija Zabbar), Shanese Schembri (Birkirkara), Annika Yulia Scicluna (Birkirkara)

Attakkanti: Leah Delicata (Birkirkara), Alicia Farrugia (Birkirkara)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here