Friday, November 22, 2024

AĠĠORNAT: Ifiqu 19-il persuna oħra; 2 każi ġodda ta’ Covid-19, b’raġel imur ix-xogħol bis-sintomi

Aqra wkoll

Filwaqt li mit-testijiet li saru fl-24 siegħa li għaddew instabu żewġ persuni pożittivi għall-Covid-19, il-każi attivi f’Malta u Għawdex komplew jonqsu hekk kif fiequ 19-il persuna oħra. Qalet dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci hekk kif qalet li issa l-każi kumplessivi ta’ persuni infettati bil-coronavirus f’pajjiżna telgħu għal 447.

Madankollu meta wieħed iqis il-223 persuna li fiequ u t-tliet persuni li mietu kaġun tal-virus, il-każi attivi jammontaw għal 221.

Mill-każi kollha jirriżulta li 60% tal-persuni infettati huma rġiel u 40% huma nisa, bil-Prof. Gauci tgħid li din hija l-istess xejra bħal ta’ pajjiżi oħrajn.

Il-każi:

  • Mara Maltija ta’ 60 sena, li taħdem bħala carer f’dar tal-anzjani. Għalkemm hija ma kienet qed turi l-ebda sintomi, hija rriżultat pożittiva minn testijiet li qed isiru kemm lil carers u kif ukoll lil health care workers meta jsir il-bdil fix-xift f’dawn id-djar tal-anzjani. Hija qed tinżamm f’iżolament, b’persuna oħra fil-familja tagħha li ġiet f’kuntatt miegħu wkoll qed jinżamm fi kwarantina.
  • Raġel Malti ta’ 43 sena li beda juri sintomi lbieraħ 23 ta’ April. Huwa jaħdem f’uffiċċju privat, bil-Prof. Gauci tgħid li minkejja s-sintomi r-raġel mar għax-xogħol u ġie f’kuntatt ma’ diversi kollegi oħrajn tiegħu. Għaldaqstant l-awtoritajiet qed jagħmlu proċess ta’ contact tracing tal-kollegi tar-raġel, u kif ukoll tal-membri tal-familja tiegħu li ġew f’kuntatt miegħu d-dar.

Sport