Marzia Calleja Maatouk kienet se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima għada. F’kitbiet varji fuq il-midja l-qraba aktar kmieni dalgħodu qalu li l-funeral tagħha kien se jsir għada fit-8:00 a.m fil-Knisja ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Madanakollu huma aġġornaw il-kitba tagħhom u qalu li kienu ġew infurmati li l-funeral ma setax isir minħabba li nfetħet inkjesta maġisterjali u għalhekk kellhom jipposponu l-arranġamenti kollha msemmija qabel.
Hija kienet maħruba minn Malta flimkien mar-raġel tagħha, Jomic Calleja Maatook. It-tnejn li huma kienu sabu ruħhom fuq il-lista tal-iktar persuni mfittxija fl-Ewropa. Filwaqt li r-raġel kien ġie arrestat, it-tfajla kienet nstabet bla ħajja fil-Libja f’Mejju li għadda.