Wednesday, March 27, 2024

AĠĠORNAT: Iweġġgħu gravi ż-żewġ sewwieqa tal-muturi fl-inċident tal-Mosta

Aqra wkoll

Numru ta’ persuni kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5:30 p.m fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta li kienet tinvolvi Toyota Vitz minn raġel ta’ 39 sena mill-Ħamrun, Peugeot 208 misjuqa minn raġel ta’ 31 sena mill-Imsida, mutur tal-għamla Honda misjuq minn raġel Taljan ta’ 28 sena residenti l-Mosta u ieħor tal-għamla Husquarna misjuq minn Taljan ta’ 27 sena residenti s-Swieqi. Wieħed mill-muturi tkaxkar u waqaf ma’ karozza tal-għamla Mercedes li kienet ipparkjata.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġ sewwieqa tal-muturi flimkien ma’ mara ta’ 25 sena residenti s-Swieqi li kienet passiġġiera mar-raġel ta’ 27 sena lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, l-irġiel kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ma sofrietx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport