Wednesday, April 24, 2024

Eks Deputat Afgana u l-bodyguard tagħha maqtula b’tiri ta’ arma tan-nar

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Eks Deputat Parlamentari Afgana Mursal Nabizada flimkien mal-bodyguard tagħha nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar is-Sibt li għadda fid-dar ta’ Mursal f’Kabul. Barra minn hekk, ħuha u bodyguard ieħor sfaw midrubin fl-istess attakk.

Mursal ta’ 32 sena, kienet waħda mid-deputati li baqgħet fil-pajjiż wara li t-Talibani ħadu t-tmexxija f’idejhom f’Awwissu tal-2021. Il-ħakma tat-Talibani ġabet magħha estradizzjoni sħiħa fejn jidħlu n-nisa.

Minkejja dan Mursal ma ċedietx quddiem din il-pressjoni tat-Talibani u mhux biss baqgħet attiva fil-ħsibijiet tagħha, iżda saħansitra tkellmet diversi drabi fil-pubbliku favur id-drittijiet tan-nisa.

Minbarra li nqatlu Mursal Nabizada u l-bodyguard tagħha, ħu Nabizada u bodyguard ieħor indarbu waqt li kienu fl-istess dar fil-ħin tad-delitt.

Sport