Wednesday, April 24, 2024

Identifikata waħda mill-persuni li mietu f’inċident abbord ajruplan fin-Nepal

Aqra wkoll

Fis-sigħat li għaddew għadha kemm ġiet identifikata waħda mill-vittmi li tilfet ħajjitha waqt li kienet abbord ajruplan li ġġarraf viċin ajruport fin-Nepal.

Il-każ seħħ ilbieraħ fejn skont il-midja Ingliża Metro t-total ta’ nies li tilfu ħajjithom tela’ għal minn tal-inqas 68 persuna.

Elena Banduro, blogger Russa ta’ 33 sena li għandha għal qalbha s-safar, qasmet ritratt tagħha fuq il-midja soċjali li juri lilha titbissem ftit tal-mumenti qabel ma l-ajruplan iġġarraf fl-inżul u nħakem minn nirien f’Pokhara.

Fost dawk li sellmu l-memorja tagħha kien hemm persuna li ddeskrivietha bħala “Mara intelliġenti ferm u li kienet dejjem lesta biex tgħin lil ħaddieħor”.

Sport