Thursday, April 18, 2024

AĠĠORNAT: L-ajruplan jinżel b’mod sigur u ħadd ma jweġġa’

Aqra wkoll

Fortunatament ħadd ma weġġa’ wara li aktar kmieni ajruplan tal-Air Malta kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-Airbus A320-214, li kien qiegħed iġorr 170 passiġġier u seba’ membri tal-ekwipaġġ, kellu jirritorna wara biss ftit Kilometri wara li żviluppa ħsara teknika tant li anke duħħan deher ħiereġ mill-parti ta’ quddiem tal-ajruplan.

Filwaqt li l-passiġġieri tniżżlu mill-ajruplan, minnufih bdiet investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ. Madanakollu fil-post kien hemm timijiet mediċi li taw l-assistenza tagħhom lill-passiġġieri li għalkemm ma sofrewx ġrieħi setgħu ġew affettwati minħabba l-proċedura li kellha tittieħed biex tkun garantita s-sigurtà tagħhom.

Fi stqarrija maħruġa mill-Air Malta ntqal li t-titjira konċernata kienet dik tal-KM514 u li kienet detinata lejn Vjenna. L-ajruplan kellu jirritorna għal inżul t’emerġenza u niżel proprju fit-8:07 a.m.

Nifhmu wkoll li sakemm sar l-inżul, it-titjiriet kollha kellhom jiġu temporanjament imwaqqfa u għalhekk mistennija jkun hemm xi ttardjar f’numru ta’ titjiriet.

Ekonomija

Sport