Thursday, December 26, 2024

AĠĠORNATA: Trump jista’ jkun qed iħalli l-isptar fis-sigħat li ġejjin hekk kif ikompli jirkupra saħħtu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-tobba jemmnu li l-President Amerikan Donald Trump jista’ jkun tajjeb biżżejjed biex għada jkun jista’ jiġi rilaxxat mill-isptar.

Minkejja dan il-professjonisti mediċi kkonfermaw għall-ewwel darba li l-president ngħata l-ossiġnu l-Ġimgħa filgħodu u li l-livell tal-ossiġnu tiegħu kien reġa’ tbaxxa sa ftit tas-sigħat wara.

It-tobba kkonfermaw ukoll li Trump beda jingħata doża ta’ dexamethasone mill-bieraħ. Din il-mediċina anti inflammatorja qed tkun kkunsidrata bħala trattament tajjeb għal dawk serjament milqutin mill-virus tal-Covid-19.

Aktar qabel: F’messaġġ mill-Isptar Walter Reed Medical Center qal li jittama li jkun lura mill-aktar fis biex ikun jista’ jkompli l-kampanja Presidenzjali bl-istess ritmu li kien għaddej bih qabel irriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Huwa qal li anke jekk ħafna jikkritikawh dwar kif jitkellem dwar il-pandemija, jekk wieħed lejn it-terapawtiċi li qed jingħataw u affarijiet li għadhom qed jiżviluppaw wieħed jista’ jqis dawn l-affarijiet bħala “mirakli ġejjin minn Alla”.

Huwa qal li qed iħossu jirkupra, iżda il-jiem li ġejjin huma t-test ta’ kif se tkun qed tiżviluppa din is-sitwazzjoni tal-pandemija.

Huwa rringrazzja lill-mexxejja tal-pajjiżi li qed jiggwidaw bl-aħjar mod lil nieshom. Huwa qal li ma jistax jibqa’ maqful ġo kamra u jistenna bla ma jieħu azzjoni. B’hekk kif iħossu tajjeb, bħala mexxej se jkun qed jerġa’ jikkonfronta l-problema.

Ekonomija

Sport