Sunday, December 22, 2024

Ajruplan jinġarr mir-riħ u jispiċċa fuq ir-runway

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tat-8.00 a.m. meta ajruplan żgħir spiċċa jinġarr mir-riħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u spiċċa fuq ir-runway. B’xorti tajba dak il-ħin ma kien hemm l-ebda ajruplan li kien se jitlaq jew jinżel.

Rapporti fuq il-midja lokali qegħdin jirrapportaw li l-ajruplan tat-tip De Havilland-8 kien qiegħed jiġi rmunkat lejn post fejn kellu jinżamm. Jirriżulta li waqt li kien qiegħed jinħall minn mat-trakk li kien qed jiġbdu, dan spiċċa jinġarr mar-riħ bil-konsegwenza li spiċċa fuq ir-runway u baqa’ sejjer għal fuq il-ħaxix.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u l-ajruplan ma għamel l-ebda ħsara fl-infrastruttura tal-Ajruport. Fil-ħin tal-inċident ma kien hemm ħadd abbord. Dan l-ajruplan jintuża minn kumpanija li topera minn Malta biex tieħu passiġġieri lejn il-Libja.

Intant, l-Awtoritajiet konċernati, fosthom Transport Malta, il-BAAI u TMCAD, ġew informati li qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport