Saturday, December 21, 2024

Akkomodazzjoni għall-istudenti Għawdxin u qraba ta’ pazjenti rikoverati f’Malta

Aqra wkoll

Barra l-benefiċċju għal kiri ta’ akkomodazzjoni li qed jingħata lill-istudenti Għawdxin, l-istudenti se jkomplu jiġu megħjun billi tiġi offruta akkomodazzjoni ġewwa Malta.

Ix-xogħol strutturali f’Villa Lauri f’Birkirkara tlesta. Matul din is-sena tlestew ix-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi u anke tal-finishes. Tlestiet ukoll l-installazzjoni tal-għamara, appliances u l-lifts. Issa qed tiġi abbozzata ukoll sejħa għall-offerti biex tiġi mmaniġġjata din id-dar.

B’hekk huwa misteni li fil-bidu tas-sena skolastika l-ġdida, din id-dar f’Birkirkara tilqa’ fi ħdanha l-ewwel studenti Għawdxin li jagħżlu li joqogħdu fiha. Dan ser iseħħ billi jidħol fis-seħħ mekkaniżmu fejn l-ewwel preferenza tingħata lil dawk l-istudenti li ġejjin minn familji bi qligħ baxx.

“Din hi r-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern fejn jgħin lill-kulħadd, lil kull min irid javvanza. Dik il-mobilita socjali li dan il-Gvern Ghandu tant ghall-qalbu!” qal il-Ministru Camilleri.

Ma naqasx milli jitkellem dwar il-konnettività bejn il-gżejjer. Qal li matul is-sena 2023, aktar minn 6.5 miljun passiġġier qasmu minn u lejn Għawdex permezz tas-servizzi ta’ konnettività kollha disponibbli.

Dwar is-servizz tal-fast ferry, il-Ministru għal Għawdex qal li ftit tal-ġimgħat ilu tħbbar ukoll kif intlaħaq ftehim mal-operaturi tal-fast ferry biex l-iskeda tas-sajf tiġi estiża wkoll għax-xitwa.

Ekonomija

Sport