Saturday, October 26, 2024

Akkużat li wettaq serq fuq 3 ijiem separati

Aqra wkoll

Stephen Chircop ta’ 57 sena minn Ħaż-Żebbuġ tressaq il-Qorti fejn ġie akużat b’serq fuq 3 ijiem separati. Huma ġie akkużat ukoll li wettaq dan waqt li kien qiegħed fuq sentenza sospiża kif ukoll fuq perjodu ta’ probation. Hu ġie akkużat li huwa riċediv.

Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, il-Prosekuzzjoni qalet li l-Erbgħa li għadda, il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt innutaw lir-raġel ħiereġ minn stabbiliment tal-ħwejjeġ u kien miexi b’mod suspettuż. Hu deher li kien qiegħed jaħbi xi ħaġa taħt il-ġakketta.

Hekk kif il-pulizija bdew jinvestigaw sabu li kien qiegħed iġorr oġġett li aktar tard l-istabbiliment ikkonferma li kien misruq.

Wara aktar investigazzjonijiet ġie stabbilit li kien hu wkoll li seraq nuċċali tax-xemx minn ħanut fil-Belt. Dan kien insteraq fis-7 ta’ Marzu li għadda filwaqt li fis-16 ta’ Marzu allegatament seraq żewġ nuċċalijiet tax-xemx mill-Belt ukoll.

Chircop wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li għad hemm diversi persuni li jridu jixhdu, kif ukoll minħabba li sar riċediv.

Il-Maġistrat Ian Farrugia, ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest u baqa’ jinżamm arrestat.

Sport